Feast of St. Therese of the Child Jesus in the Chapel of Carmelite Sisters

Email item Email item Print item Print item

Feast of St. Therese of the Child Jesus in the Chapel Carmelite SistersThe Carmelite Missionary Sisters of St Theresa of the Child Jesus in Kercem are celebrating the Feast of St. Therese of the Child Jesus, in the Chapel of the Carmelite Sisters Kercem, Gozo.

Celebrations are taking place between Monday, the 22nd of September and Wednesday, the 1st of October.

The programme of events is shown in Maltese below:

It-Tnejn 22 ta’ Settembru: Bidu tan-Novena. Inawgurazzjoni tas-Sena Skolastika fl-Iskola S. Tereza

Fis-6.45am: Quddiesa bil-kant, Litanija ta’ Santa Terezina, u Barka Sagramentali. Il-funzjoni tan-novena tintemm bil-kant tal-innu popolari “Ckejkna Santa Terezina”.

Fit-8.15am: Talba ta’ fil-ghodu, diskors mill-Kap tal-Iskola Sr Lucy Vella indirizzat lit-tfal u lill-ghalliema tal-Iskola Santa Tereza. Wara jsir tberik ritwali tat-tfal minn Mons. Carmelo Borg Direttur Spiritwali tal-Iskola, li jwassal ukoll messagg lill-istudenti fl-okkazjoni tal-bidu tas-sena skolastika.

It-Tlieta 23 ta’ Settembru: Jum ta’ Talb ghall-Missjunarji

Fis-6.45am: Quddiesa bil-kant. Isir talb lil Santa Terezina Patruna tal- Missjonijiet ghall-missjunarji kollha, b’mod partikulari ghall-missjunarji li fi zminijietna qed isofru persekuzjoni u qed isibu tfixkil kbir biex jevangelizzaw il-popli li fosthom kienu mibghuta.

L-Erbgha 24 ta’ Settembru: Jum it-Tfal

Fis-6.45am: Quddiesa bil-kant, Litanija ta’ Santa Terezina, u Barka Sagramentali.

Fid-9.00am: quddiesa bl-omelija ghat-tfal tal-iskola Santa Tereza minn Dun Joe Calleja fl-okkazjoni tal-bidu tas-sena skolastika. It-tfal huma mhegga biex mal-offerti tal-quddiesa joffru xama lil Santa Terezina patruna tal-iskola.

Il-Hamis 25 ta’ Settembru: Jum is-Sacerdoti

Fis-6.45am: Quddiesa bil-kant, Litanija ta’ Santa Terezina, u Barka Sagramentali.

Fis-6.00pm: Is-Sorijiet Karmelitani jmexxu siegha adorazzjoni u talb ghas-sacerdoti. Isir talb b’mod partikulari ghas-sacerdoti li b’ xi mod jew iehor ghenu jew qed jghinu lis-Sorijiet Karmelitani fil-qadi tal-missjoni taghhom fid-djocesi ta’ Ghawdex, li din is-sena qed tfakkar il-150 Sena mit-twaqqif taghha.

Il-Gimgha 26 ta’ Settembru: Jum il-Familji

Fis-6.45am: Quddiesa bil-kant, Litanija ta’ Santa Terezina, u Barka Sagramentali.

Fis-6.30pm: Laqgha ta’ talb ghall-genituri li ser idahhlu lil xi hadd minn uliedhom fl-Iskola Santa Tereza. Il-Laqgha titmexxa mill-Kappillan il-Kan. Dun Brian Meylak. Issir prezentazzjoni tat-tfal ckejknin lil Santa Terezina Patruna tal-Iskola. Fi tmiem din ic-celebrazzjoni s-Sorijiet iqassmu boroz ta’ helu lit-tfal kollha li jattendu.

Is-Sibt 27 ta’ Settembru: Jum il-Morda u l-Anzjani

Fis-7.00am: Quddiesa bil-kant tas-salmi ta’ sbih il-jum li titmexxa minn Mons. Carmelo Borg. Waqt din il-quddiesa jitbierek il-Ward ta’ Santa Terezina li wara jitqassam lill-morda u l-anzjani li jattendu ghall-festa. Isir talb ghall-morda u l-anzjani kollha, b’mod partikulari ghall-dawk rikoverati f’St. Therese Home immexxija mis-Sorijiet Karmelitani gewwa r-Rabat, liema Dar din is-sena qed tfakkar il-50 Sena mill-inawgurazzjoni taghha. Wara, Litanija ta’ Santa Terezina u Barka Sagramentali.

Il-Hadd 28 ta’ Settembru: Jum Is-Sorijiet Karmelitani

Fis-7.00am: Quddiesa bl-omelija u bil-kant tas-Salmi ta’ Sbih il-Jum. Il-quddiesa tkun b’sufragju tas-Sorijiet Karmelitani mejtin fosthom Suor Josepha Borg li mietet din is-sena. Wara, Litanija ta’ Santa Terezina u Barka Sagramentali.

It-Tnejn 29 ta’ Settemebru: Jum il-Benefatturi

Fis-6.45am: Quddiesa bil-kant li tkun b’sufragju tal-benefatturi mejtin tas-Sorijiet Karmelitani, Litanija ta’ Santa Terezina, u Barka Sagramentali.

It-Tlieta 30 ta’ Settembru: Lejlet il-Festa u Jum il-Vokazzjonijiet

Fis-6.45am: Quddiesa bil-kant

Fil-11.00am: Laqgha vokazzjonali ghall-istudenti tal-Yrs V u VI fl-Iskola Santa Tereza minn Sr Jane Schembri.

Fis-6.30pm: Laqgha ta’ talb ghall-Vokazzjonijiet. Espozizzjoni solenni tal-Ewkaristija. kant tal-Ghasar ta’ Santa Terezina, talba ghall- vokazzjonijiet sacerdotali u religjuzi, Litanija ta’ Santa Terezina u Barka Sagramentali.

L-Erbgha l ta’ Ottubru: Jum il-Festa u Jum it-Terzjarji

Fis-7.00am: Ufficcju tal-Qari u kant ta’ Tifhir ta’ Sbih il-Jum.

Fil-5.15pm: Ruzarju u wara Talb tat-Terzjarji li jitmexxa minn Patri Alex Scerri O.Carm.

Fil-5.45pm: Ghasar ta’ Santa Terezina.

Fis-6.00pm: Quddiesa koncelebrata solenni li titmexxa minn Mons. Carmelo Borg bl-omelija dwar Santa Tereza tal-Bambin Gesu` Patruna tal-Missjonijiet u Duttur tal-Knisja mir-Rev.du Dun Alex Refalo. Il-quddiesa tkun ghall-bzonnijiet tat-Terzjarji hajjin u b’sufragju ta’ dawk mejtin. Wara Innu, Antifona, u Barka Sagramentali. Dawk kollha li jattendu ghall-Festa, wara jkunu mistiedna ghall-bibita ghand is-Sorijiet Karmelitani.

Il-kant fil-granet tan-novena jitmexxa mis-Sorijiet Karmelitani waqt li f’Jum il-Festa jitmexxa mil-Kor “Stella Maris” li jkun taht id-direzzjoni ta’ Mro Carmel P. Grech.

F’Jum il-Festa, il-Kappella tkun miftuha ghall-pubbliku il-gurnata kollha.

  • Permalink: Feast of St. Therese of the Child Jesus in the Chapel of Carmelite Sisters
  • You may also like...

    Leave a Reply

    Your email address will not be published. Required fields are marked *